Il-Launch .. ijiet

Il-'Launch' ta' l-album “Diski Għall-Ħmir” ser iseħħ fi tlett postijiet u dati differenti għal kumdita' u l-pjaċir tagħkom. Konxji fuq it-traffiku li hawn illum, u l-pass mgħaġġel tal-ħajja moderna, nħossu li din hija ideja tajba.


Ukoll, nixtiequ noħolqu atmosfera kemm xejn intima, b'udjenza żgħira mdawra mall-Mjaw u l-kitarra tiegħu. Dan forsi jgħin biex nidħku, nħossu, u ngħamlu esperjenza aktar awtentika ta' dawn id-diski umani u mqarbin.

Launch no. 3  -  Alka, Wied iż-Żurrieq

Nistednukom tkunu magħna fl-24 ta-Ġunju għas-7.30pm.  Il-Mjaw jibda jdoqq mhux aktar tard mid-8.15pm.  Għal min l-għada xogħol, dan jippermetti ħin tat-tluq tajjeb.

Dħul

  • €5.75 minn fuq din il-"link" u minn mal-bieb jekk jibqa.

  • Hemm biss 50 biljett

2019 MJAW TA' MALTA

  • Facebook - Grey Circle
  • Instagram - Grey Circle
  • YouTube - Grey Circle